Barranin
Tixxaħħaħ għall-mediċina u tmut bl-influwenza

Għalliema mietet bl-influwenza wara li ddeċidiet li ma tieħux il-mediċina għax kienet tiswa wisq flus.  Heather Holland ta’ 38 sena kienet tgħallem fl-iskola ta’ Texas fl-Istati Uniti qabel ma mietet nhar il-Ħadd.  Hija ħalliet warajha lil żewġha u liż-żewġ uliedha.

Żewġha xtralha l-mediċina Tamiflu għall-prezz ta’ $116 (€94), jum qabel ma marret l-isptar, imma kien tard wisq.  Esperti qed jaħsbu li l-influwenza fl-Istati Uniti hija l-agħar li qatt kien hemm fl-istorja tal-pajjiż.

Ir-raġel tal-vittma, Frank Holland, qal lill-ġurnal Wall Street Journal li l-ewwel ma ħasset kien ħruq fi griżmejha, iżda mbagħad is-sintomi komplew jiggravaw matul il-ġimgħa.

It-tobba tawha mediċina li hi għażlet li ma tixtrix, għax skont żewġha dejjem kienet tgħix b’kemm tgħaddi, ma kinitx tħobb tonfoq ħafna flus.  Martu mietet malajr u għalhekk żewġha qed iħoss ħafna t-telfa tagħha.

Qal li kienu ilhom żmien twil flimkien u kienet kollox għalih u stqarr li qed jipprova jkun ta’ appoġġ għal uliedhom.  Anke l-ħaddiema u l-istudenti li kellha fl-iskola fejn kienet tgħallem għadhom ma jistgħux jaċċettaw it-telfa ta’ Heather.

Jirriżulta li sa minn Diċembru, l-iskejjel fl-Istati Uniti ilhom jiġu diżinfettati u jitnaddfu sew mill-mikrobi, tant li wħud minnhom anke saħansitra għalqu għal xi jiem, minħabba l-periklu li kkawżat l-influwenza din is-sena.

Esperti jistmaw li l-influwenza toqtol medja ta’ 12,000-56,000 Amerikan kull sena u l-ammont tal-vittmi din is-sena mistenni jkompli jiżdied, b’mod speċjali fost it-tfal.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tħabbret il-mewt ta’ Stan Lee, ko-kreatur tal-Marvel Comics, fl-età ta’ 95 sena. Stan Lee hu l-kittieb u editur li kien wieħed mill-imħuħ wara karattri ta’ Marvel Comics bħal Spider-Man u X-Men. Lee,…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Awstralja

Fl-Awstralja, qorti semgħet li mara li kienet akkużata li poġġiet labar tal-ħjata fil-frawli, għamlet dan minħabba li kienet motivata minn dispett. Ut Trinh, ta’ 50 sena kienet arrestata l-Ħadd wara…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Aktar