Annimali
Tiżba’ l-pil tal-kelb u jispiċċa jitlef widintu

L-istorja tal-kelb Diffy minn Bangkok qed iddur madwar id-dinja kollha.  Dan wara li sidu ddeċidiet li tiżba’ l-pil tal-kelb kif jidher fir-ritratt, bil-konsegwenza li l-annimal tilef widintu.

Ftit wara li sid il-kelb żebgħat il-widnejn ta’ Diffy, dawn bdew jintefħu minħabba reazzjoni għall-kimika li kien fiha ż-żebgħa.  Il-kelb ittieħed għand il-veterinarju li l-unika soluzzjoni li sab kienet li jaqta’ widnet Diffy biex jevita li l-infezzjoni tkompli tinfirex.

Konxja tal-isfortuna li laqtet lill-kelb, sidu kitbet l-istorja fuq is-siti soċjali u akkużat lill-ħanut minn fejn xtrat iż-żebgħa li ma qalilhiex li ż-żebgħa kien fiha kimika li setgħet tikkawża allerġija bħalma ġralu Diffy.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 14-il sena miet wara li missieru waqa’ minn fuq is-sellum għal fuqu. L-inċident seħħ f’Ruma waqt li l-missier u l-iben kienu qed jgħinu lil xulxin waqt li jirranġaw…

Barranin

Il-kardinal Ġermaniż Reinhard Marx qal li hemm evidenza ċara li dokumenti dwar abbużi sesswali tat-tfal inqerdu, biex jinħeba l-abbuż li kompla għaddej bla xkiel. “Files that could have documented the…

Barranin

Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, iddikjara stat ta’ emerġenza, xolja l-gvern federali u keċċa l-gvernaturi tal-istat kollha. Sigħat wara, Bashir ħatar membri tal-forzi tal-ordni bħala gvernaturi u żamm lill-ħames membri tal-kabinett,…

Barranin

L-Italja wkoll maħkuma minn maltemp qawwi li miegħu mhux biss ġab ħsarat kbar iżda ħasad ukoll il-ħajja ta’ 3 persuni. Fi Frosinone, 2 persuni tilfu ħajjithom u ħalla 2 oħra…

Aktar