Lokali
Tiżdied il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea

Skont stħarriġ mill-Parlament Ewropew, il-Maltin huma l-aktar fost iċ-ċittadini Ewropej li jħossuhom mhedda mit-terroriżmu u l-immigrazzjoni mhux kontrollata.

L-istħarriġ wera li aktar minn nofs il-Maltin intervistati jridu li l-Unjoni Ewropea tagħti aktar prijorità lill-ambjent waqt li żdied l-għadd ta’ Maltin li jemmnu li l-pajjiż mar aħjar bis-sħubija fl-Unjoni.

Disgħa minn kull għaxar Maltin intervistati wiċċ imb’wiċċ bejn l-aħħar ta’ Settembru u l-bidu ta’ Ottubru jemmnu li meta wieħed iqis kollox, Malta marret aħjar bħala membru tal-Unjoni Ewropea. Ir-rata medja fl-Unjoni Ewropea hi ta’ 64%.

Kważi żewġ terzi tal-ħames mitt Malti u Maltija intervistati jaħsbu li b’mod ġenerali s-sħubija ta’ Malta kienet xi ħaġa tajba, madwar seba’ perċentwali ogħla mill-medja fl-Unjoni Ewropea.

37 % tal-Maltin qalu li t-tliet raġunijiet ewlenin għaliex jemmnu li Malta gawdiet mill-Unjoni Ewropea huma għax ikkontribwiet għat-tkabbir tal-ekonomija Maltija, tejbet il-livell t’għixien u għax offriet opportunitajiet ġodda ta’ xogħol.

L-akbar theddid li tħasseb lil-Maltin hija t-terroriżmu, b’63% tal-Maltin jibżgħu mit-terroriżmu u 56% jibgħu mill-migrazzjoni mhux ikkontrollata.  Dawn huma l-ogħla rata meta mqabbel maċ-ċittadini l-oħrajn kollha intervistati li kważi nofshom semmew il-qgħad bħala kwistjoni li tinkwitihom. Mistoqsija liema qasam l-UE għandha  tagħti aktar priorità, 53% tal-Maltin semmew l-ambjent u wara d-drittijiet tax-xogħol.

Nofs il-Maltin jemmnu li l-vuċi tagħhom tgħodd fl-Unjoni Ewropea, żieda ta’ erba’ perċentwali mqabbel mal-istħarriġ ta’ Marzu li għadda waqt li 46% tal-Maltin għandhom impressjoni pożittiva tal-Parlament Ewropew u 41% oħra għandhom impressjoni newtrali. Il-Maltin huma fost l-aktar li jemmnu (56% tagħhom) li l-Parlament Ewropew għandu jkollu sehem aktar importanti.

Fl-istħarriġ ħareġ li l-Maltin huma s-seba’ l-aktar interessati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019. L-Iktar interessati huma l-Olandiżi u l-Iżvediżi waqt li l-inqas huma ċ-Ċeki u s-Slovakki.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Festi

Il-festi titulari fl-istaġun sajfi ġew iċċelebrati kollha. Iżda l-festi għadhom għaddejjin. Fil-fatt, fi tmiem din il-ġimgħa qed jiġu ċċelebrati ħafna festi żgħar f’kappelli li għandna f’Malta u Għawdex. Waħda minnhom…

Aktar