Brexit
Tiżdied il-pressjoni fuq May – iriduha tirriżenja

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May.

Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk twiegħed li tirriżenja minn Prim Ministru.

Membri tal-Partit Konservattiv Ingliż qalu li jekk May ma tibqax tmexxi n-negozjati mal-Unjoni Ewropea, jafu japprovaw il-ftehim.

Dan l-iżvilupp seħħ wara li ġurnal irraporta li l-Ministri fil-Kabinett ta’ May qed jippjanaw kolp kontra l-Prim Ministru. Fil-frattemp, l-Uffiċċju ta’ May, No10, qal li mhux se jikkonvinċuha li tirriżenja.

Għal May bħalissa mhux żmien feliċi hekk kif kulma jmur il-pressjoni dejjem qed tagħfas fuqha.  Hija kienet imġiegħla titlob għal estensjoni tad-data għal Brexit.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Kurżitajiet

Il-President tal-Liberja u eks plejer tal-football Afrikan, George Weah spiċċa jaħdem mid-dar hekk kif l-uffiċċju tiegħu spiċċa b’infestazzjoni ta’ sriep. Il-President flimkien ma’ ħaddiema oħrajn intalbu ma jersqux lejn il-ministeru…

Barranin

Jacqui Saburido, is-simbolu tal-kampanja internazzjonali tixrobx jekk se ssuq, mietet fl-età ta’ 40 sena wara li ħakmitha l-marda tal-kanċer. Il-ħajja għal Saburido ma kinetx kollha ward u żahar hekk kif…

Aktar