Barranin
Tiżvela li kienet f’xifer il-mewt waqt li kien qed jinġibed Game of Thrones

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje.

Clarke, li għad għandha biss 32 sena, qalet li kellha bżonn żewġ operazzjonijiet f’rasha fl-2011 u fl-2013 meta sofriet minn emoraġġija f’rasha.

Hija rrakkontat li kienet qed tagħmel xi eżerċizzju meta ħassitha ħażin u kważi ntilfet minn sensiha mal-art bl-uġigħ li beda jtiha.

Clarke stqarret li kienet konvinta li se titlef ħajjitha għaliex terz tal-persuni li kollhom emoraġġija f’rashom jitilfu ħajjithom ftit wara.

L-attriċi rrakkontat ukoll l-ostakli li ffaċċjat wara l-operazzjonijiet meta qabditha kundizzjoni li ma ħallitiex titkellem jew tikkomunika ma’ ta’ madwarha.  B’inkwiet kbir hija ħasbet li se jkollha tieqaf tirreċta.

Din kienet bħal sajjetta fil-bnazzi għal Clarke liema marda baqgħet tarkar sal-2013 meta reġa’ kellha emoraġġija oħra. L-għejja u l-uġigħ kienu iebsin wisq, stqarret Clarke, tant li xi drabi kienet talbet lill-istaff mediku jħalliha tmut fil-paċi.

Iżda b’xorti tajba, l-attriċi fieqet u setgħet tirritorna lura u tkompli tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Ukrajna, il-kummidjant Volodymyr Zelensky ser ikun il-President il-ġdid tal-pajjiż wara li skont l-exit polls ġab 70% tal-voti mitfuha. Illum il-poplu ħareġ jivvota fl-aħħar fażi tal-elezzjonijiet presidenzjali. L-għażla kienet bejn il-President…

Barranin

Filwaqt li d-dinja Kristjana qamet tiċċelebra l-Għid il-kbir, fi Sri Lanka, il-poplu xxukkjat bl-attakki li fil-mira tagħhom kienu fost oħrajn diversi knejjes fejn l-Insara kienu qed jiċċelebraw l-akbar festa tar-reliġjon…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni ċċelebrat għeluq sninha, hekk kif għalqet 93 sena. B’libsa ċelesta, u bi tbissima, ir-Reġina dehret fl-aqwa tagħha meta attendiet is-servizz tal-Għid fil-Kastell Windsor. Ir-Reġina ngħatat bukkett fjuri…

Reliġjon

Fl-akbar festa tal-Knisja Kattolika, il-Papa Franġisku appella lill-politiċi biex iwaqqfu t-tellieqa għall-armi u biex jilqgħu refuġjati li qed jaħarbu minn ambjenti ta’ ġuħ u ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Fil-messaġġ Urbi…

Aktar