Stejjer Umani
Tkanta b’imħabba għan-nannu li ma baqax jagħrafha

Iċċelebrat fit-tieni Ħadd ta’ Ottubru: Jum in-Nanniet. Żagħżugħa li tixtieq issir kantanta, iddedikat waħda mill-ewwel kanzunetti tagħha lil nannuha. Kellu d-dimenzja u kien il-mimmi t’għajnejha. Titkellem dwar l-uġigħ li tħoss meta tfittxu u ma ssibux.

Bħal ħafna neputijiet f’Malta, meta kienet żgħira Kelsey Farrugia trabbiet u tfissdet min-nanniet tagħha. Fi tfulitha, bniet rabta speċjali ma’ nannuha Anthony li kellu d-dimenzja u miet sena u nofs ilu.

“Kien dejjem jara x’se jivvinta biex jilgħab miegħi. Konna nagħmlu l-puzzles flimkien jew nofstanhar naraw il-cartoons flimkien fuq is-sufan. Konna vera close ħafna,” tgħid Kelsey.

F’Jum in-Nanniet, Kelsey tista’ biss tiftakar fil-kliem li kien jgħidilha nannuha u timmaġinah li qiegħed ħdejha. “Qabel ma telaq qalli nħobbok pupa u n-nannu vera ma kienx dak it-tip. Qisu kienet vera mhux mistennija u bqajt niftakarha.”

Għalkemm kienet tħoss qalbha tingħafas meta nannuha kien iħares lejha u ma jagħrafhiex, Kelsey tħoss in-nuqqas tiegħu kuljum. “Kuljum, kuljum niftakar fih u kuljum inkellmu jiġifieri. Anke qabel ma norqod dejjem ngħid talba għalih.”

Apparti l-imħabba lejn nannuha, Kelsey għandha mħabba oħra: il-mużika u tixtieq issir kantanta. Fl-għeluq l-ewwel sena mill-mewt ta’ nannuha, Kelsey ħarġet kanzunetta li titkellem fuq l-uġigħ li tħoss għax m’għadux magħna.

“Qed ngħid allavolja m’għadekx tiftakarni, għadni niftakar l-imħabba kollha. Niftakar l-uġigħ li ħassejt meta ma baqax jiftakarni eżatt però nibqa’ niftakar il-memorji kollha u s-sagrifiċċji li għamel għalija,” tfisser Kelsey.

Kelsey tixtieq treġġa’ l-arloġġ għal ftit sekondi biex tara lil nannuha għall-aħħar darba. “Ħafna taż-żmien tiegħi moħħna fil-mobile u hekk u llum kieku nista’ nirranġa l-mumenti kollha li kont fuq il-mobile waqt li kien hu ħdejja nirranġahom f’sekonda.”

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li b’effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattgħalhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh jistgħu japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali. Dan japplika wkoll…

Kurżitajiet

Fl-istadium ta’ Ramón Sánchez Pizjuán f’Sevilla, tfaċċat il-bandiera Maltija fost il-partitarji li marru jsegwu logħba football tas-Sevilla kontra r-Rayo Vallecano. Jidher li fost il-partitjari, kien hemm Malti kburi b’pajjiżu u…

Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Tfal

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-liġi tal-addozzjonijiet biex it-tfal addottati jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta jiġu addottati minn koppji Maltin. Waqt li indirizza l-ewwel konferenza…

Aktar