Barranin
Tkompli l-ħidma biex isalvaw lit-tfal maqbuda taħt l-art fit-Tajlandja

Fit-Tajlandja, ħaddiema tas-salvataġġ se jkomplu bil-ħidma riskjuża tagħhom bit-tama li jsalvaw lit-tmien it-tfal subien u l-kowċ tal-futbol tagħhom, li ilhom maqbuda taħt l-art f ‘għar għal aktar minn ġimagħtejn.

Ilbieraħ ġew salvati erbat’ itfal. Matul il-lejl, l-operazzjoni tal-salvataġġ kellha titwaqqaf minħabba li riedu jimtlew it-tankijiet tal-arja. Minħabba l-biża’ ta’ iktar għarar, l-operazzjoni għaddejja bi sforzi kbar bit-tama li dawn it-tfal jiġu salvati. Għall-operazzjoni tas-salvataġġ inġibu disgħin espert tal-għadds, ħamsin minnhom minn barra l-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar