Qorti
Tkompli l-kawża dwar il-bejgħ ta’ tliet sptarijiet lil VGH

Quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale ssoktat l-kawża kostituzzjonali relatata mal-bejgħ tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u dak Ġenerali t’Għawdex lil Vitals Global Healthcare (VGH).

F’rikors imressaq mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar huwa ddikjara li ma jistax jippreżenta dokumenti tal-laqgħat tal-Kabinett minħabba kunfidenzjalità.

L-Avukat Edwin Debono, li qed jidher għad-deputat parlamentari Adrian Delia li fetaħ din il-kawża, irrimarka li Dr Delia ma talabx li xhieda jew diskors li ntqal fil-kabinett jiġi ppreżentat fl-awla iżda biex is-segretarju tal-kabinett jippreżenta l-aġenda tal-kabinett relatat mal-Vitals u saħaq li allura t-talba ta’ Cutajar kellha tigi miċħuda.

L-Imħallef Depasquale ddifferixxa l-kawża għal Ġunju li ġej sakemm il-partijiet l-oħra fil-kawża janalizzaw u jirrispondu għar-rikors.