Kronaka
AĠĠORNAT: Kawża diferita minħabba nuqqas ta’ xhieda

Intemmet f’anqas minn kwarta s-seduta fil-kawża li fetaħ Yorgen Fenech biex l-Ispettur Keith Arnaud ma jkomplix imexxi l-investigazzjoni, minħabba li skont is-Sur Fenech, l-Ispettur għandu rabtiet mill-qrib mal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

Il-kawża ġiet diferita għall-ġimgħa d-dieħla minħabba li l-avukati ta’ Yorgen Fenech qalu li ma kellhomx aktar xhieda għal-lum. Dan wara li l-uniku xhud li kien imsejjaħ kien rappreżentant ta’ Jobsplus li ppreżenta dokument bl-istorja tal-impjieg ta’ mara li l-Qorti ordnat li isimha ma jixxandarx.

L-Imħallef Lawrence Mintoff widdeb lill-avukati għax qal li kien iddedika l-ġurnata għal din il-kawża u talabhom jiddikjaraw għandhomx aktar xhieda. L-avukati ta’ Fenech – Marion Camilleri u Gianluca Caruana Curran – taw il-kelma lill-Imħallef li sa għada ser iressqu l-lista tax-xhieda li se jħarrku għal din il-kawża.

Sadanittant, sorsi infurmati qalu li kmieni waranofsinhar Yorgen Fenech reġa’ kien imsejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija biex ikun interrogat f’investigazzjoni separata mill-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-interrogazzjoni tas-Sur Fenech dwar id-delitt ingħalqet la darba ġie akkużat bil-qtil. Is-Sur Fenech bħalissa jinsab miżmum il-ħabs, bil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrih mistennija tibda tinstema’ għada.

AĠĠORNAT: Fenech jixhed li kien jaf li għandu t-telefon itteppjat

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

F’konferenza stampa, il-Prim Ministru ħabbar metodu trasparenti u bi prinċipju bażiku fil-kuntest ta’ dak li pproponiet il-Kummissjoni ta’ Venezja dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li…

Lokali

Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ma sabet ebda prova ta’ korruzzjoni fi tliet każijiet li ntalbet tinvestiga u li r-rapporti finali tagħhom ġew ippreżentati fil-mejda tal-Kamra tad-Deputati. L-ewwel każ kien dwar…

Aktar