Kronaka
Tkompli l-kumpilazzjoni fil-każ ta’ qtil ta’ DCG

Kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra t-tliet akkużati George u Alfred Degiorgio flimkien ma’ Vince Muscat akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fis-seduta tal-lum pulizija ressqu r-rapporti u l-evidenza li sabu b’rabta ma’ tfittxijiet li saru f’diversi postijiet indikati lilhom fl-investigazzjoni.

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija jixhdu dwar it-tiftix li sar fl-ppartament tal-akkużat George Degiorgio f’San Pawl il-Baħar. L-uffiċjali qalu kif mis-sit ittieħdu diversi oġġetti fosthom marki tas-swaba’ u samples għall-forensika.

Xehdu wkoll żewġ uffiċjali li ġew appuntati fl-4 ta’ Diċembru 2017 biex jinvestigaw karozza tat-tip Toyota Aygo, residenza f’Ħaż-Żabbar, garaxx f’Triq il-Qrempuż f’Marsaskala u fl-uffiċċju ewlieni tal-GO fil-Marsa. Hawnhekk l-uffiċjali ppreżentaw l-evidenza miġbura inkluż zi ritratti u marki tas-swaba’ li ġew elevati mill-investigazzjonijiet tagħhom.

Il-Maġistrat Clare Stafrace Zammit iddefirixxiet il-kawża għall-25 ta’ Ottubru 2018 fl-10.30am.

Preżenti fl-awla kien hemm il-ġenituri u l-aħwa tal-vittma.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Fl-arkivju notarali fil-Belt ġew konservati bi proċess ta’ restawr id-dokumenti li fihom il-kuntatt tal-għoti tal-George Cross lil Malta f’eżerċizzju li fih ikkollaboraw tliet entitajiet. Il-kuntratt u l-atti notarili tal-għoti tal-George…

Lokali

Messaġġi miżbugħa fuq propjetajiet pubbliċi u privati qed iqajmu tħassib dwar il-mottiv tagħhom. Waqt li xi rapporti qalu li dawn saru mis-Serbi, TVM Malta stħarreġ dwar dawn il-graffiti u l-lingwaġġ…

Politika

Il-Professur Arnold Cassola fi stqarrija qal li mhuwiex xogħol l-Alternattiva Demokratika li tqajjem is-suġġett dwar dibattitu rispettuż dwar l-abort. Cassola qal dan fl-isfond tal-filmat li xandret il-kandidat għall-MEP tal-AD, Mina Tolu,…

Kunsilli Lokali

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li l-Partit Laburista għandu jkollu kwart tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li jkunu żgħażagħ. Fit-tnedija tal-kampanja START tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Dr Muscat…

Aktar