Qorti
Tkompli l-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech

Tissokta llum fil-qorti l-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech.

Il-Maġistrat Rachel Montebello tivverbalizza li l-awla hi żgħira wisq, mhix tinżamm distanza soċjali u li l-amministrazzjoni tal-qorti qed tonqos milli tagħi awla ikbar u dan ta’ detriment għal kull min hu fl-awla.

10:22 – Illum se jiġi ppreżentat il-process verbale dwar l-inkjesta.

10:30 – Keith Arnaud jgħid li m’għandux kopji tal-irċevuti rilevanti minn investigazzjoni li għamel hu stess. L-Avukat Mercieca jgħid li dan jgħid ma jistax jifhmu għax il-liġi tgħid li l-pulizija għandha dejjem toħroġ irċevuta tal-oġġett rilevat mingħandu. Jistaqsi jekk Arnaud qed jgħid li ma jafx fejnhom l-irċevuti.

Il-Maġistrat tgħid li hu stat ta’ fatt li l-oġġetti ħew rilevati minn esperti. Il-qorti dejjem fejn rat li meta jkun hemm nuqqas ta’ kjarezza għamlet digrieti kif suppost.

10:37 – Arnaud jgħid li meta oggett jittieħed mill-pulizija dejjem ħarpet irċevuta. F’dan il-każ, qal Arnaud, il-pulizija ma rilevatx oġġetti. Kienu l-esperti li rilevawhom u għalhekk mhemmx irċevuti.

10:48 – Fil-kontro eżami Keith Arnaud jippreżenta stqarrijiet ta’ Johann Cremona, stqarrijiet ta’ Dr Adrian Vella u ta’ Keith Schembri. Arnaud qal li ma ġabx l-istqarrijiet ta’ Edwin Brincat, Logan Wood, Melvin Theuma u Kenneth Camilleri.

10:55 – L-avukat Mercieca jgħid li dawn l-istqarrijiet l-Ispettur ilu ġimgħat jaf li jrid iġibhom. Jgħid li kieku nesa xi wieħed bi żvista jifhimha, imma 4 tal-iktar importanti ma jifhimiex.

10:56 -Arnaud jammetti li dan hu nuqqas tiegħu u jekk hemm bżonn jintbagħad kollega minn tiegħu jġibhom.

Il-Maġistrat titolbu jibgħat għalihom.

Il-kawża ġiet diferita gaħll-21 t’Ottubru.