Qorti
AĠĠORNAT: Yorgen Fenech ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech akkużat li kien il-mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Maġistrat Rachel Montebello ċaħdet it-talba wara tmiem seduta ta’ kważi ħames sigħat tal-kumpilazzjoni tax-xhieda li matulha nstemgħu recordings ta’ konversazzjoni bejn l-akkużat u l-intermedjarju Melvin Theuma. Fost ohrajn, Theuma li qed jixhed fil-proklama qal li jaħseb li kien hemm erba’ persuni involuti fil-qtil.

F’recording li nstema’ fil-Qorti u li aktarx sar f’April 2018, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Melvin Theuma qal li jaħseb li hemm erba’ oħra involuti fil-qtil. Fuq il-pedana tax-xhieda, Theuma ġie ppressat mill-Maġistrat Rachel Montebello, mill-Ispettur Keith Arnaud u mill-avukat tal-familja Jason Azzopardi, qal li qal dak id-diskors ma’ Yorgen Fenech għax kienu issemmew ħafna nies fl-aħbarjiet u jista’ jkun li nies oħra avviċinaw lill-aħwa Degiorgio biex iwettqu d-delitt.

Theuma xehed ukoll li Mario Degiorgio li jigi ħu l-aħwa George u Alfred Degiorgio, qal li l-eks Ministru Chris Cardona injora t-talba ta’ ħutu biex jgħinihom jiksbu l-ħelsien mill-arrest. Ix-xhud qal li hu qatt ma kellem lil Dr Cardona. Qal li l-aħwa Degiorgio ma’ ħuhom Mario bagħtulu messaġġ li fih wissew li la huma ġewwa b’referenza għal ħabs ġewwa kulħadd magħhom. Qal li fehem li din kienet b’referenza għalih għaliex l-aħwa Degiorgio kienu jafu li huwa qabbadhom bħala intermedjarju biex joqtlu lis-sinjura Caruana Galizia waqt li ma kienu jafu li l-mandant kien Yorgen Fenech. Theuma qal li hu qatt ma tkellem ma’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu.

Theuma qal li fil-konversazzjoni ma’ Yorgen Fenech qallu biex ikellem lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat fuq il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio u Fenech weġbu li dik kienet tkun l-agħar ħaġa li seta’ jagħmel. Theuma qal li Mario Degiorgio kien jissikkah kontinwament fuq il-ħelsien mill-arrest ta’ ħutu. Theuma qal li kien konvint li jekk jieħduh, kienu se jaħarbu mill-pajjiż.

Fir-recording instema wkoll l-isem ta’ Alex iżda meta l-avukat Azzopardi staqsa jekk Yorgen qattx semmilu lil Alex Muscat li qal kien id-deputy ta’ Keith Schembri, Theuma wieġeb li lanqas jaf bih. Mistoqsi kif għaddielu minn moħħu li jipprova jkellem saħansitra mħallef dwar il-ħelsien mill-arrest, Theuma wieġeb li l-aħwa Degiorgio riedu jagħmlu rikors għal ħelsien quddiem Antonio Mizzi biex forsi jeħduh.

Il-Maġistrat Montebello ordnat lill-Prosekuzzjoni biex ittella’ jixhdu lill-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, lill-eks uffiċjal fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Kenneth Camilleri u lil Johann Cremona li ssemmew diversi drabi minn Melvin Theuma.

Fil-bidu tas-seduta l-Maġistrat wissiet li jekk it-traskrizzjonijiet tar-recordings li jingħataw lill-avukati u lill-pulizija jispiċċaw f’idejn oħrajn, tkun qed tinkiser il-liġi u disprezz lejn il-Qorti. L-avukat Azzopardi ċaħad li ta kumment lill-media.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar