Qorti
“Darba wassalt lil Daphne Caruana Galizia għax kellha t-tyres imniżżlin” – Theuma

Aktar xhieda fil-qorti minn Melvin Theuma li qed jixhed bil-proklama dwar is-sehem tiegħu fil-konfoffa biex inqatlet Daphen Caruana Galizia. Fil-kumplilazzjoni tat-tliet irġiel mixlija bid-delitt, Theuma xehed li kien infurmat xahar qabel li kien se jiġi arrestat. Qal li ġie infurmat b’dan minn Johann Cremona li flimkien ma’ Kenneth Camilleri kienu qed jimplikaw li kien il-moħħ wara d-delitt. Fil-preżenza tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat, fl-awla nstemgħu r-recordings tat-telefonati li l-aħwa Degiorgio kellhom ma’ Melvin Theuma u Mario Degiorgio.

Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra George u Alfred Degiorio u Vince Muscat, spikkaw ir-recordings tat-telefonati li saru mill-ħabs mill-aħwa Degiorgo lil Melvin Theuma u  Mario Degiorgio li jiġi hu l-akkużati.

Fost oħrajn fit-telefonati issir referenza għax-xiħ. Mistoqsi mill-avukat Jason Azzopardi għal min kienu qed jirreferu, Theuma qal li kienet qed issir pressjoni fuqu biex ikellem lil Yorgen Fenech ħalli dan jitkellem ma’ Keith Schembri biex ikellem lill-Prim Ministru ħalli l-akkużati jingħataw il-libertà provisorja. Ix-xhud iżda stqarr li Yorgen Fenech qalu li dak ikun l-ikbar żball li jista’ jagħmel.

Theuma beda jibża’ li ser jeħel huwa bħala l-mandant tad-delitt għaliex, Johann Cremona u Kenneth Camilleri li kien uffiċjal fis-servizz tas-sigurtà bdew jimplikawh fid-delitt meta Vince Muscat beda jitlob il-proklama biex jikxef min qabbdu jwettaq id-delitt flimkien mal-aħwa Degiorgio.

Dwar il-ħbiberija bejn Yorgen Fenech u Keith Schembri, Theuma qal li Fenech kien qallu li Schembri lest jidħol fin-nar għalih. Spjega li beda jirrekordja l-konversazzjonijiet ma’ Fenech f’April tas-sena li għaddiet – l-istess żmien meta Vince Muscat – il-Koħħu -beża’ li ser jixkfu mal-pulizija.

Dwar l-informazzjoni li kien jingħata minn Yorgen Fenech dwar l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, Theuma qal li jaħseb li kien jgħidlu Keith Schembri imma qal li ma setax jaħlef dwar dan. Huwa qal li kiteb l-ittra li fiha semma’ lil Keith Schembri biex ibeżża lil Yorgen Fenech. Theuma xehed li Schembri qatt ma semma’ miegħu lil Daphne Caruana Galizia u qatt ma għaddielu pagamenti għal qtil tagħha. Żied jgħid li kien Yorgen Fenech li tah il-flus biex tinqatel is-sinjura Caruana Galizia.

Theuma żvela li darba wassal lil Daphne Caruana Galizia għax sabet it-tyres imċartin waqt li kienet ipparkjta il-Hilton. Qal li dakinhar ma kienx ħa flus.

Fis-seduta tal-Ħamis filgħodu xehdu persuni li kienu involuti biex Melvin Theuma għadda ħmistax-il elf ewro li Mario Degiorgio għal ħutu. Theuma ppreżenta rċevuti ta’ €50,000, €25,000 u “4,000 li kien għadda lil Mario Degiorgio.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia f’ruling li ta fil-bidu tas-seduta Parlamentari qal li prima facie hemm każ ta’ ksur ta’ privileġġ mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fil-konfront tad-Deputat Chris Cardona. Dr Cardona talab…

Politika

L-ex Ministru Justyne Caruana qalet li se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni li jmiss u żżid il-maġġoranza f’Għawdex. Fuq post fuq Facebook hija rringrazzjat lil kull min qed juriha soliderjetà f’dan iż-żmien…

Politika

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri ta xi kummenti lil TVM qabel ma ltaqa’ l-Kabinett dalgħodu. Huwa qal li se jassigura li l-Ministeru ta’ Għawdex se jkun Ministeru ta’ kulħadd, tal-Għawdxin…

Politika

Veteran fil-politika mal-Partit Laburista, elett fi tmien elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi, deputat għal aktar minn tnejn u tletin sena u b’esperjenza fil-kabinett f’żewġ leġislaturi, l-Avukat Anton Refalo nghata l-ġurament tal-ħatra mill-President…

Aktar