Lokali
Il-Europol qed tipprova tirkupra l-filmati mill-SD card b’rabta mal-każ ta’ DCG

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit mistennija tiddeċiedi jekk tawtorizzax il-proċess sabiex ikun irkuprat il-filmat minn SD cards li nġibdu fil-baħar fis-6 ta’ Diċembru li għadda min-membri tal-Forzi Armati.

Fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-aħwa Degiorgio u Vince Muscat li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, reġa’ xehed l-espert nominat mill-Qorti Keith Cutajar li tqabbad biex jipprova jirkupra dawn il-filmati minħabba diffikultajiet tekniċi fl-SD card.

Huwa nforma lill-Qorti li l-SD card ma setgħetx tinqara u għamel kuntatt mal-Europol li qal għandhom tagħmir apposta għal sitwazzjonijiet bħal dawn. Żied jgħid iżda li dan it-tagħmir iżarma l-SD card u r-rata ta’ suċċess biex tkun irkuprata l-informazzjoni hija ta’ 40%.

L-Ispettur Keith Arnaud qal li għall-prosekuzzjoni, l-filmat fuq il-card huwa bonus għax min ġabar l-affarijiet mill-baħar diġà xehed. Qal li l-card kif inhi ma tistax tintuża u għalhekk talab li jsir il-proċess sabiex possibbilment tiġi rkuprata l-informazzjoni mill-card. Id-difiża se tippreżenta r-risposta tagħha permezz ta’ nota sa qabel is-seduta li jmiss.

Fis-seduta xehdet ukoll Charmain Abela li fis-16 ta’ Ottubru ċemplet l-għassa tal-Mosta biex tirrapporta fuq l-isplużjoni li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Hija kienet għaddejja bil-karozza mill-Bidnija meta seħħet l-isplużjoni.

Intant, il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li fis-seduta li jmiss fl-4 ta’ Lulju ser tisma’ l-partijiet u tiddeċiedi fuq ir-rikors tal-avukati difensuri għall-ħelsien mill-arrest tat-tliet akkużati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fil-programm tal-bieraħ ta’ Porta a Porta fuq l-istazzjon Rai Uno, id-Deputat PM u mexxej tal-partit Cinque Stelle, Luigi Di Maio insinwa li l-Italja jekk trid tista’ taqta’ l-provvista tad-dawl lil…

Lokali

Daqshekk irrilaxxaw bżieżaq fil-festa tagħhom ta’ San Ġorġ. Dan qaluh il-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Marti (Qormi) wara li laqgħu t-talba tal-grupp Malta Clean Up biex jibżgħu aktar għall-ambjent ta’…

Lokali

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’ 5 lokalitajiet inbidlilhom in-numru tal-bieb tad-dar tagħhom. Fi stqarrija ntqal li l-bibien ta’ dawn it-toroq ingħataw numri ġodda, bir-residenti huma…

Lokali

Infrastracture Malta, l-Aġenżija responsabbli mill-proġett Central Link bejn l-Imrieħel u r-Rabat tidher li għadha qed tiffinalizza l-pjanti. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Aġenżija, l-Inġinier Fredrick Azzopardi qal li bil-proġett mhux ser jitneħħew aktar…

Aktar