Barranin
Tkompli t-tfittxija għall-ħajja fuq il-pjaneta Mars

Fis-sigħat li ġejjin in-NASA se tkun qed tiġbor l-ewwel kampjuni ta’ ġebel minn fuq Mars biex eventwalment dawn jiġu ssiġġillati u jinbagħtu lejn id-dinja għal aktar testijiet u analiżi fil-laboratorji.

Il-ħidma se tkun qed issir permezz tar-rover Perseverance li ilha fuq Mars minn Frar li għadda.

Ix-xjentisti tan-NASA qed isostnu li dan jaf ikun l-uniku mod kif jiġi determinat darba għal dejjem jekk fuq Mars qattx kien hemm ħajja.