Tkompli teskala t-tensjoni f’Missouri fl-Istati Uniti

Fl-istat ta’ Missouri, fl-Istat Uniti kellha tissejjaħ il-gwardja nazzjonali biex tipprova tikkontrolla s-sitwazzjoni li fl-aħħar sigħat kompliet teskala bi protesti minn mijijet ta’ dimostranti, jipprotestaw minħabba l-qtil ta’ żagħżugħ iswed li ma kienx armat.

Il-Gwardja nazzjonali ssejħet wara li l-Gvernatur Jay Nixon iffirma ordni biex f’Ferguson jerġa jkun hemm il-paċi u l-ordni.

Fl-aħħar jumejn il-pulizija sparat il-gass tad-dmugħ u ħarġet twissijiet lill-folol biex ma jibqgħux kkonċentrati f’post wieħed hekk kif kien impost curfew għat-tieni lejl kosekuttiv.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, (WHO) issospendiet it-testijiet tal-hydroxychloroquine bħala trattament possibbli għall-Covid-19. Studju wera li din il-mediċina, li tintuża għal-malarja, tista’ tikkawża problemi tal-qalb fil-pazjenti u żżid ir-riskju ta’ mewt. L-ittestjar…

Barranin

Fir-Renju Unit tibqa’ tbaqbaq il-kontroversja dwar konsulent ewlieni tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings minħabba li dan injora l-pariri tal-Awtoritajiet u xorta vvjaġġa waqt il-lockdown meta l-mara tiegħu kienet marida…

Barranin

Mill-ewwel ta’ Lulju, kull min jidħol fi Spanja mhux se jitqiegħed taħt kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Spanjol hekk kif qal li minn Lulju se titneħħa l-miżura…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus….

Aktar