Barranin
Tkompli tiċkien l-ekonomija fiż-żona ewro minħabba l-Coronavirus

Kawża tar-restrizzjonijiet u anke tal-biża’ li ħoloq il-Coronavirus, l-ekonomija fiż-żona ewro kompliet tiċkin. Spanja tinsab fl-aktar riċessjoni iebsa fi żminijiet moderni tant li l-ekonomija ċkienet bi 18.5% bejn April u Ġunju wara li fi tliet xhur ta’ qabel kienet diġà ċkienet b’5.2%. Spanja hija l-aktar pajjiż li qala’ daqqa kbira ekonomika minħbba l-pandemija.

Franza wkoll ħadet daqqa b’dak li jipproduċi l-pajjiż naqas bi 13.8% bejn April u Ġunju. April kien l-agħar xahar għall-Franċiżi għax f’Mejju u Ġunju l-ekonomija rkuprat xi ftit minħabba li bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet implimentati minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Anke l-Italja qalet daqqa kbira bl-ekonomija tonqos bi 12.4%. L-ekonomisti kienu ħasbu lid-daqs ekonomika għat-Taljani kienet ser tkun ferm akbar.

Huwa stmat li l-ekonomija Ewropea ċkienet bi kważi 12%.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Barranin

Il-Qorti għolja Ingliża qalet li l-kumpannija tal-linja tal-ajru Virgin Atlantic se tfalli jekk il-kredituri tagħha ma japprovawx ftehim ta’ 1.2 biljun lira sterlina biex isalva lill-kumpannija. Skont l-avukati tal-linja tal-ajru,…

Barranin

Queensland fl-Awstralja estendiet l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales u l-Australian Capital Territory bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. L-istat ta’ Victoria huwa magħluq meqjus bħala l-epiċentru tat-tieni mewġa tal-virus,…

Aktar