Edukazzjoni
Tkompli tippersisti l-problema tal-parkeġġ fl-Università

Tippersisti l-problema tal-parkegg fl-Università minkejja l-isforzi kontinwi tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji biex itaffi l-problema. Għalkem fl-Università hemm żona d-daqs ta’ erba’ grounds tal-football iddedikata għall-parkeġġ u hemm 600 spazju għall-karozzi tal-istudenti, il-parkeġġ għadu biċċa wġiegħ ta’ ras kbira. 7,000 student għandhom permess biex jidħlu fil-campus bil-karozza privata tagħhom minkejja l-isforzi kollha li saru biex jużaw mezzi ta’ trasport alternattiv.

Is-sistema ta’ trasport b’tal-linja dirett bejn l-Park and Ride ta’ Pembroke u l-Università li ġiet imnedija fil-bidu tas-sena akkademika mill-Malta Public Transport u l-Kunsill tal-Istudenti Università tidher li ftit li xejn qed tintuża anke jekk l-iskop tagħha kien li jtaffi l-problema ta’ nuqqas ta’ parkeġġ għall-istudenti li jmorru l-università bil-karozza tagħhom.

Il-president tal-KSU Carla Galea qalet lil TVM li n-noll ta’ €1.50 għal kull vjaġġ jidher li naffar lill-istudenti milli jużaw das-servizz. Spjegat li l-iskema tal-Gvern li s-servizz tat-trasport pubbliku jkun b’xejn għall-istudenti tal-università, ma tapplikax għal das-servizz minħabba li dan huwa kunsidrat bħala servizz speċjali. Il-President tal-KSU qalet li n-noll mhux l-unika bidla li jeħtieġ li sseħħ.

”Waħda milli qed nisuġġerixxu t-tnejn li aħna hi li nagħmlu aktar sinjali ta’ minn fejn tista’ taqbad, iktar info dettaljata ta’ ħinijiet u nippromwovu aktar is-servizz” qalet Carla Galea.

TVM staqsa lil Malta Public Trasport jekk hux qed jikkunsidraw jagħmlu tibdiliet f’dan is-servizz. Kelliema għal kumpanija qalet li għaddejjin diskussjonijiet mal-awtoritajiet tat-trasport.

Sadanittant, il-KSU qed tipprova issaħħaħ is-sistema ta’ carpooling biex l-istudenti kemm jista’ jkun jivvjaġġaw flimkien b’karozza privata lejn l-Università.

”Din is sena qed naħdmu ma’ Greenroads Malta li għandhom applikazzjojni jisimha breeze li jista’ jnizzilha kulħadd fuq smartphone. Din issib lil xi ħaddieħor li bħalek ikun qiegħed fuq ir-rotta tiegħek, ikun hemm driver jiġi jippikjawk u tiġu lejn l-Università – is-sistema tibgħat messaġġ lis-security guard f’carpark 6 u jiġi riżervat post għalik filgħodu u ma jkollokx problema li ddur għall-parking.”

Fuq binarju ieħor relatat mal-problema tal-parkeġġ, il-KSU qed jissussidja mill-kontribuzzjonijiet tal-parkeġġ tal-istudenti, lezzjonijiet tas-sewqan tal-muturi kif ukoll għamel 20 bicyle rack biex iħajjar l-istudenti mezzi alternattivi tat-trasport biex fi kliem il-president tal-kunsill, titnaqqas il-problema tal-parkeġġ u anke t-tniġġiż mill-karozzi privati.

Aħbarijiet Oħra
Statistika

Riċerka li saret fost persuni b’diżabilità inkluż tfal bl-awtiżmu u persuni bi sfidi mentali, ħareġ li dawn iħossu li m’għandhomx biżżejjed aċċess għal ċertu servizzi. Ir-riċerka li saret mill-Fondazzjoni Inspire…

Kronaka

Tfajla ta’ 19-il sena mid-Danimarka spiċċat misruqa lbieraħ fil-23:30, fil-Gżira. Is-serqa seħħet fi Triq ir-Rebħa, fil-Gżira meta raġel allegatament heddidha b’oġġett jaqta u bil-ponta waqt li kienet qed tpejjep barra…

Kronaka

Matul il-lejl żewġ karozzi ħadu n-nar f’żewġ lokalitajiet differenti. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu, il-pulizija kienet infurmata li fi Triq in-Naħal f’ Ħal Qormi vettura tat-tip Toyota Vitz ħadet in-nar. Dwar…

Aktar