Droga
“Tlaqt kollox għad-droga, illum jew għada d-droga tirbaħ” – żagħżugħ li għeleb il-vizzju tad-droga

Ġuvni ta’ 34 sena, li llum ilu sentejn li għeleb il-vizzju tad-droga jirrakkonta l-esperjenza li għaddha minnha minħabba d-droga. Illum il-ġurnata jisħaq li d-droga qatt mhi s-soluzzjoni u jħeġġeġ lin-nies biex joqogħdu attenti meta jagħżlu l-ħbieb tagħhom.

Fil-Jum Internazzjonali kontra l-abbuż tad-droga, Dissett iltaqa’ ma’ persuni li rnexxielhom jirbħu l-vizzju tad-droga.

Huwa jirrakkonta kif mess l-ewwel darba mad-droga meta kellu 14-il sena u minħabba fiha kellu jħallas prezz qares. Minħabba d-droga spiċċa jaqta’ l-isport li kien jipprattika u anke x-xogħol. Id-droga wasslitu wkoll biex jisraq lill-għeżież tiegħu.

“Dak iż-żmien ma kontx ninduna. Dak iż-żmien jekk tgħidli tagħmilx hekk kont nagħmilha. Kif nisimgħu bi droga konna nipprovawha. Niftakar ta’ 12,13-il sena bdejna bil-ħaxixa. Ta’ 14-il sena ħadt l-ewwel ecstasy. Imbagħad bil-mod il-mod, waqaft mill-futbol, naqqast l-isport u għażilt it-triq tad-droga.”

Huwa qal li meta kien żgħir kien jaħbi d-droga sew u l-qraba tiegħu ma ndunaw b’xejn. Iżda d-droga mhix xi ħaġa li tostorha għal dejjem u maż-żmien il-familjari tiegħu ndunaw. “Illum jew għada d-droga ħa terbaħ u teħodlok kollox. Tlaqt kollox għad-droga biss” saħaq il-ġuvni.

Matul l-intervista huwa jirrakkonta kif kien imatni l-vizzju tad-droga u kif wasal biex jagħmel il-programm mal-Caritas.

Ara l-intervista sħiħa hawn:

Din l-intervista se tixxandar illejla waqt il-programm Dissett wara l-aħbarijiet tat-8pm.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar