Infrastruttura
Tlesta x-xogħol fis-sistema tal-provvista tal-ilma fin-Nofsinhar ta’ Malta

Ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma lestew xogħol ta’ immodernizzar fis-sistema tal-provvista tal-ilma lejn in-Nofsinhar ta’ Malta.

Il-Korporazzjoni qalet li x-xogħol li sar f’Ħaż-Żabbar għandu jwassal biex f’każ ta’ qtugħ fil-provvista, il-lokalitajiet fin-naħa t’isfel jkunu jistgħu jiġu fornuti bil-provvista tal-ilma iktar malajr.

Residenti fin-naħa t’isfel ta’ Malta mistenni li jkollhom inqas inkonvenjent f’każi ta’ qtugħ fil-provvista tal-ilma hekk kif ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għadhom kif tejbu s-sistema ta’ distribuzzjoni f’ħames lantijiet differenti fid-daħla ta’ Ħaż-Żabbar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni, l-Inġinier Richard Bilocca qal li x-xogħol huwa parti mill-istrateġija tal-Korporazzjoni biex jittejjeb is-servizz.

“Meta jkollna ħsarat din iż-żona ħa tkun tista’ tiġi mitmugħa minn sors ieħor, qabel meta kien ikollna ħsara ridna noqgħodu nsibuha u sakemm tissewwa n-nies kienu jkunu mingħajr ilma u issa b’din il-connection, in-nies se nkunu jistgħu ntuhom l-ilma biex b’hekk il-qtugħ ikun minimu.”

Il-Ministru għall-Enerġija u s-servizzi tal-ilma, Joe Mizzi qal li x-xogħol fuq il-mejnijiet sar matul il-lejl biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti waqt li se jwassal biex żoni li kienu jbatu minn pressa tal-ilma baxxa ser ikollhom titjib sinifikanti fis-servizz.

Il-Korporazzjoni qalet li sal-lejla, is-servizz mistenni lura għan-normal fil-lokalitajiet kollha.

Kull min jibqa’ jesperjenza xi problema fis-servizz huwa mħeġġeġ iċempel fuq free phone 8007 6400.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Il-ħsara fil-parti ta’ fuq tat-telgħa tas-Saqqajja mhix żgħira, b’din l-arterja prinċipali tat-traffiku fir-Rabat jaf ikollha tibqa’ magħluqa għall-karozzi diversi ġimgħat. Għal Infrastructure Malta l-interventi li se jsiru mhumiex sempliċi xogħol…

Ekonomija u Finanzi

Għalkemm minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda jitbexxa l-bieb biex terġa’ tibda l-attività ekonomika fil-pajjiż, stħarriġ xjentikfu li sar minn Dr Vincent Marmara juri li d-domanda mill-konsumaturi ser tibqa’ kajman…

Annimali

It-talba għal programm nazzjonali ta’ neutering tal-massa għall-qtates u li jsir ukoll micro chipping obbligatorju/reġistrazzjoni ta’ klieb u ta’ qtates, kienu fost seba’ talbiet li ressaq il-Kunsill għall-Ħarsien tal-Annimali lill-Ministeru għall-Biedja,…

Kultura

Bir-raħal tal-Qrendi jżuruh aktar minn 200,000 turist fis-sena, minħabba l-wirt storiku li joffri bit-tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur vara proġett pilota fil-Qrendi bħala parti minn…

Aktar