Toroq
Tlestew nofs it-toroq li beda x-xogħol fuqhom

Infrastructure Malta lestiet il-bini ta’ nofs it-toroq li beda xogħol fuqhom mill-bidu ta’ din is-sena.

Fi żjara lill-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol f’żewġ toroq li qed jinbnew mill-ġdid f’Santa Venera: Triq San Ġorġ u Triq Brighella, il-Ministru Ian Borg qal li x-xogħol qed isir b’kollaborazzjoni bejn Infrastructure Malta u l-Kunsill Lokali. Żied jgħid li mis-seba’ mitt triq li jridu jinbnew f’7 snin, s’issa beda x-xogħol fuq 82 li nofshom huma lesti.

Qal li dawn jiffurmaw parti mill-ewwel 120 triq li s-sejħiet tax-xogħol għalihom ġew aġġudikati. Żied jgħid li bħalissa Infrastructure Malta qed tiġġudika s-sejħiet fuq min se jagħmel ix-xogħol f’170 triq oħra.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar