Barranin
Tlett itfal fost 16 feruti fi splużjoni f’Ruma, sindku f’qagħda gravi

Splużjoni fiċ-ċentru ċiviku ta’ Rocca di Papa, fl-Italja, ilbieraħ ħalliet 16-il persuna feruta, fosthom lis-sindku u tlett itfal.

L-isplużjoni fil-provinċja ta’ Ruma seħħet għall-ħabta tal-11.15 ta’ filgħodu, fi blokka li tinsab viċin skola għal tfal żgħar, u ftit qabel kein irrappurtat li bdiet tinxtamm riħa qawwija ta’ gass.

Is-sindku Emanuele Crestini huwa fost dawk feruti gravi, hekk kif sofra ħruq f’35% ta’ ġismu. Impjegata tal-kunsill qalet kif kien is-sindku li għajjat biex kulħadd jiġri ‘l barra, u kien huwa l-aħħar wieħed li ħareġ mill-bieb.

Feruta gravi wkoll tifla ta’ ħames snin, li flimkien ma’ tnejn minn sħabha fil-klassi ntlaqtet minn ħġieġ u oġġetti oħra li nkisru bl-isplużjoni.

Filwaqt li għadu mhux ċar kif seħħet l-isplużjoni, huwa maħsub li kienet marbuta max-xogħlijiet li kienu qed isiru biex jiġu mgħoddija servizzi tal-gass. Fil-każ infetħet inkjesta li mistennija tistabbilixxi min kien responsabbli.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Hong Kong reġa’ daħħal fis-seħħ miżuri stretti biex tinżamm id-distanza soċjali fl-isfond tat-tielet mewġa ta’ coronavirus li qed tinfirex mal-belt. Il-passiġġieri kollha fuq it-trasport pubbliku huma obbligati li jilbsu maskra….

COVID-19

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-pandemija tal-Covid-19 se tkompli tiggrava jekk il-gvernijiet mhux se jieħdu iktar azzjoni deċiżiva f’pajjiżhom biex jikkontrollaw l-imxija. Adhanom…

Barranin

Franza tirrikonoxxi l-ħidma tat-tobba, l-infermiera u ħaddiema oħra fis-settur tas-saħħa matul l-imxija Covid-19 b’żieda sostanzjali fil-pagi. Il-ftehim iffirmat fis-sigħat li għaddew mal-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema jiswa mat-tmien biljun ewro. Permezz…

Barranin

Il-katavru tal-attriċi Naya Rivera, magħrufa aħjar għall-irwol tagħha fis-sensiela Amerikana Glee, Santana Lopez instab f’Lake Piru f’Kalifornja. L-attriċi ta’ 33 sena kienet ilha nieqsa min-nhar l-Erbgħa wara li kriet dgħajsa…

Aktar