Immigrazzjoni
Tliet adolexxenti evakwati mill-Alan Kurdi wara li pprovaw ineħħu ħajjithom

Matul il-lejl li għadda l-Forzi Armati għamlu evakwazzjoni oħra medika ta’ immigranti. Tliet immigranti taħt l-età ġew trasferiti fuq dinghy tal-armata minn fuq il-vapur Alan Kurdi, li jinsab barra l-ibħra territorjali Maltin. Tabiba abbord il-vapur tal-għaqda mhux governattiva Ġermaniża Sea Eye qalet li l-adolexxenti għamlu attentat biex itemmu ħajjithom.

“We have just evacuated three of the minors that attempted suicide today. We warned the authorities that it is likely to happen, and it did happen, and they’re still ignoring our request to take everyone ashore, so we don’t know what’s going to happen next, and it’s unimaginable how the situation can escalate even more.”

It-tliet immigranti kienu parti minn grupp ta’ tlettax, ilkoll subien, li ġew salvati mill-Alan Kurdi fl-aħħar jum ta’ Awwissu minn fuq dgħajsa żgħira, li skont l-għaqda kienet fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabilità ta’ Malta. L-awtoritajiet Maltin caħdu li l-immigranti kienu fiż-żona ta’ Malta.

Mit-tlettax salvati, fl-aħħar jiem l-armata daħħlet Malta tmienja minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Abbord il-vapur Alan Kurdi fadal ħames immigranti, b’kelliem għas-Sea Eye qal li kollha mhumiex fi stat tajjeb minħabba ansjetà u stress.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill-istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l-eżamijiet online fil-ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami. Fi stqarrija, il-Kurja qalet li…

Lokali

L-Istati Uniti faħħru lill-Gvern Malti li erbat ijiem ilu ħabbar il-qabda ta’ $1.1 biljun ta’ flus foloz Libjani li kienu ordnati minn entità illeġittima u stampati minn kumpanija tal-istat Russa,…

Annimali

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10pm, ntlemħet fekruna tal-baħar tbid fil-bajja tar-Ramla f’Għawdex. Il-fekruna tat-tip loggerhead, intlemħet tiela mill-baħar għall-ħabta tal-10pm u reġgħet niżlet fil-baħar għall-ħabta tal-11.30pm Fi stqarrija l-President Eżekuttiv ta’…

Aktar