Tliet attakki suwiċida f’Lake Chad iħallu kważi 30 ruħ mejta

Tliet attakki suwiċida fi gżira f’Lake Chad qatlu minn tal-anqas 27 persuna.

Ir-reġjun jinsab taħt stat ta’ emerġenza wara sensiela ta’ attakki minn militanti tal-grupp Iżlamiku, Boko Haram.

Iċ-Chad għen ħafna lin-Niġerja biex terġa tieħu l-kontroll ta’ żoni li kienu waqgħu f’idejn il-grupp Iżlamiku fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.