Qorti
Tliet irġiel jinżammu arrestati fuq akkużi li stupraw tfajla f’għalqa

Quddiem il-Qorti llum beda jinstema’ każ deskritt mill-prosekuzzjoni bħala wieħed xokkanti. F’din is-seduta quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, tliet irġiel Maltin qed ikunu akkużati bi stupru ta’ tfajla vulnerabbli.

Il-każ beda meta t-tfajla, li għandha 20 sena, tkellmet mal-Pulizija dwar abbuż sesswali minn raġel, li jiġi ħu wieħed mit-tliet irġiel akkużati llum, u dan kien ġie akkużat f’kawża separata.

Jider iżda li qabel waħda mis-seduti, il-ġenituri tat-tfajla wissewha biex tgħid il-verità kollha meta titla’ fuq il-pedana tax-xhieda. Kien hawn li t-tfajla allegat li kien hemm iżjed abbuż, u identifikat lit-tliet irġiel, li huma mis-Siġġiewi u li l-età tagħhom tvarja bejn 23 u 25 sena.

Hija li qalet dawn kienu rabtuha u stuprawha f’daqqa, wara li wieħed minnhom stedinha biex tmur miegħu tara l-logħob tan-nar minn għalqa f’Ħaż-Żebbuġ.

It-tliet irġiel qed jiċħdu l-akkużi. Ingħad li wieħed minnhom għandu diżabbiltà intelletwali, u talab il-ħelsien mill-arrest biex ikun jista’ jibda kors barra minn Malta. Wieħed mill-akkużati l-oħra wkoll talab il-ħelsien mill-arrest.

L-Ispettur John Spiteri, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, oġġezzjona għat-talbiet, u qal li r-raġel li xahar ilu ġie akkużat b’rabta mal-istess każ, kien ipprova jeqred l-evidenza.

Il-Qorti ordnat li t-tliet irġiel jinżammu arrestati, b’wieħed minnhom jitpoġġa fis-sezzjoni Forensika ta’ Monte Carmeli bil-għan li jiġi eżaminat mill-professjonisti.

L-avukati Stefano Filletti, Stephen Tonna Lowell, Leslie Cuschieri u Roberto Montalto qed jidhru għall-akkużati, filwaqt li l-avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru għall-vittma.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Edukazzjoni

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta…

Aktar