Kronaka
Tliet karozzi jieħdu n-nar fi tliet lokalitajiet separati

Il-Pulizija qed tinvestiga l-ħruq ta’ tliet karozzi f’każijiet separati li seħħew matul il-lejl li għadda.

L-ewwel każ seħħ fis-2am fi Triq Marsamxett il-Belt fejn l-ewwel qabdet karozza u kawża t’hekk qabdet ukoll il-karozza ta’ quddiemha.

It-tieni każ seħħ fi Triq Ċensu Farrugia l-Msida għall-ħabta tal-3.40am fejn trakk ħa n-nar u bid-duħħan saret ħsara fil-faċċata ta’ dar.

It-tielet każ ta’ ħruq ta’ karozza seħħ fi Triq Mountbatten il-Ħamrun għall-ħabta tal-4.20am.

F’dawn il-każijiet issejħu l-membru tal-Protezzjoni Ċivili u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Lokali

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 lil għaxar Kunsilli Lokali biex jirrenovaw il-housing estates fil-lokalità tagħhom. Fost il-kunsilli li ngħataw il-fondi hemm tal-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Belt Valletta u…

Aktar