Lokali
Tliet kandidati se jikkontestaw għal deputat fis-seba’ distrett

Tlieta huma l-kandidati li se jikkontestaw l-elezzjoni każwali fis-seba’ distrett elettorali biex jimtela’ s-siġġu li tħalla battal mill-Professur Edward Scicluna, li rriżenja mill-Parlament biex beda jokkupa l-kariga ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Mal-għeluq taż-żmien tan-nomini, illum f’nofsinhar, il-Kummissjoni Elettorali qalet li rċeviet n-nomini ta’ Charles Azzopardi, Gavin Gulia u Jeffrey Pullicino Orlando.

Tnejn mill-kandidati: l-Avukat Gavin Gulia u d-Dentist Jeffrey Pullicino Orlando – kienu membri parlamentari f’leġislaturi oħra. Charles Azzopardi kien Sindku tar-Rabat.

L-għadd tal-voti ser isir nhar it-Tlieta filgħodu.