Saħħa
Tliet magni ġodda tal-qalb – jistgħu jsalvaw il-ħajjiet

L-Isptar Mater Dei sar l-ewwel ċentru fl-Ewropa li investa fi tliet magni tal-qalb li kapaċi juru preċiżament kif qed taħdem il-qalb.

Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija, Robert Xuereb, qal li dawn il-magni kapaċi jaqbdu l-problemi tal-qalb minn qabel b’konsegwenza li jnaqqsu l-imwiet ikkawżati mill-mard tal-qalb li għadha l-ikbar kawża ta’ mwiet f’Malta.

Fis-sena tal-pandemija mietu madwar 900 persuna f’Malta b’mard tal-qalb. It-tobba fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei żanżnu tliet magni ġodda tal-qalb li bihom jistgħu jaraw dan l-organu b’iktar reqqa bl-għan li l-mard tal-qalb ikun magħruf minn qabel u b’hekk jonqsu l-imwiet kawża tiegħu.

Iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija, Robert Xuereb, qal li dawn il-magni jaħdmu b’ultrasound u ma jinvolvix raġġi jew labar.

”Nistgħu naraw b’ħafna iktar dettall u preċiżjoni l-qalb minn ġewwaproprju real-time. Nistgħu naraw il-valvi tal-qalb kif qed jaħdmu, nistgħu narawil-qalb kif qed tiffunzjona, jekk hemmx toqob fil-qalb, jekk hemmx problemifl-istruttura tal-qalb.”

Il-magni jintużaw ukoll fuq it-trabi.

Importanti ħafna l-pedjatrija biex jiċċekkjaw it-tfal jekk għandhomx mard tal-qalb fit-twelid dak li ngħidulhom congenital heart disease. Immorru anki step iżjed. Nistgħu naraw anki qabel jitwieldu. Dak li ngħidulu aħna fil-fetus nistgħu naraw il-qalb proprju fil-fetus jekk hemmx mard tal-qalb qabel ikun twieled il-baby.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan it-tagħmir mediku, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne, qal li dawn il-magni nxtraw b’investiment ta’ iktar minn €600,000.