Lokali
Tliet Maltin arrestati bi droga f’Paceville

Tliet irġiel Maltin ta’ bejn l-20 u s-46 sena ġew arrestati mill-pulizija wara li l-Ġimgħa filgħaxija nqabdu bil-pussess ta’ droga f’Paceville.

Il-Pulizija qalet li t-tliet irġiel instabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina. Wieħed minnhom kien fil-pussess ta’ numru ta’ qratas bl-istess sustanza u ser jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.