Kaċċa u Insib
Tliet nassaba mmultati bejniethom €2,900

Tlett irġiel li nstabu ħatja ta’ insib illegali kienu mmultati bejniethom €2,900.

Wieħed minnhom weħel €1,500 multa, ieħor €800 u t-tielet wieħed €600.

Il-Committee Against Bird Slaughter (CABS) iddeskriva dawn is-sentenzi bħala ħfief.

Fl-istess waqt qal li huwa pożittiv li nassaba li jiksru l-liġi qed jitressqu fil-Qorti.

Fuq il-mezzi soċjali huwa tella’ wkoll ritratti ta’ tnejn min-nassaba.