COVID-19
Tliet nisa jmutu waqt li kellhom il-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li mill-bieraħ ‘l hawn mietu tliet nisa anzjani waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Il-persuni huma mara ta’ 92 sena li mietet f’Mater Dei, oħra ta’ 93 sena li mietet fl-isptar Karin Grech, u oħra ta’ 100 sena li mietet fil-faċilità tal-Good Samaritan.