Lokali
Tliet paġni mill-inkjesta spiċċaw moħbija wara l-paġni bit-titlu li segwew – il-Bord tal-Inkjesta jgħid li din kienet biss kwistjoni teknika

Il-Bord ta’ Inkjesta dwar l-Omiċidju tas-Sinjura Dapne Caruana Galiza qal li se jkun qiegħed jibgħat kopji ġodda tal-inkjesta pubblika wara li rriżulta li fir-rapport ippreżentat minnhom kien hemm tliet paġni minn 437 paġna neqsin. Dawn huma  paġna 23, paġna 61 u paġna 261.

Fi stqarrija l-Bord ta’ Inkjesta li kien magħmul mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, l-Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro qal li dawn il-paġni neqsin spiċċaw moħbija wara l-paġni bit-titlu li segwew. (Ara ritratt)

Il-Bord qal li jirriżulta li din kienet biss kwistjoni teknika u ma kien hemm xejn intenzjonat.

Il-Bord qal li se jara li tkun solvuta u li jintbagħtu kopji ġodda lil dawk konċernati.