Barranin
Tliet pajjiżi Ewropej iżidu l-pressjoni fuq l-Iran

Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit iddeċidew li jżidu l-pressjoni fuq l-Iran u formalment jużaw il-mekkaniżmu ta’ tilwim talli l-Iran mar kontra partijiet kruċjali mill-ftehim nukleari li ġie ffirmat fl-2015.

Dakinhar, l-Iran laħaq qbil mal-Istati Uniti, Franza, iċ-Ċina, ir-Russja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja biex jillimita l-attivitajiet nukleari tagħha bil-għan li jitneħħew is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda kontra l-Iran. Madankollu, sa minn dakinhar, l-Iran jidher li gradwalment mar lil hinn mil-limitazzjonijiet ta’ produzzjoni għat-tisħiħ tal-uranju, li jista’ jintuża għar-reatturi tal-fjuwil u għall-armi nukleari.

L-awtoritajiet Iranjani qalu li għamlu hekk talli sentejn ilu l-Amerikani rtiraw mill-ftehim u reġgħu daħlu s-sanzjonijiet.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Heiko Maas, qal li t-tliet pajjiżi ħadu din l-azzjoni biex jevitaw li l-Iran jiżviluppa bomba nukleari. Maas sejjaħ lil Iran biex b’mod kostruttiv jieħu sehem fin-negozjati waqt li żied jgħid li l-għan ewlieni hu li l-ftehim nukleari jiġi mħares.

Dan ġie mtenni mir-Rappreżentant għoli għall-politika barranija tal-unjoni Ewropea Josep Borrell li qal li l-azzjoni tat-tliet pajjiżi Ewropej mhix maħsuba biex jerġa’ jkun sanzjonijiet kontra l-Iran. “The objective is therefore to find solutions and return to full compliance within the framework of this agreement.”

Skont il-mekkaniżmu ta’ tilwim, it-tliet pajjiżi Ewropej iridu jgħarrfu lill-partijiet l-oħra tal-ftehim – iċ-Ċina, ir-Russja u l-Iran u għandhom 15-il ġurnata biex jippruvaw isolvu d-differenzi, liema perjodu jista’ jiġġedded jekk ikun hemm kunsens.

Intant, il-President tal-Iran, Hassan Rouhani, qal li l-inċident traġiku tal-ajruplan tal-passiġġieri Ukren li fuqu kien hemm 176 persuna hu żball li ma jinħafirx mill-militar ta’ pajjiżu.

Hekk kif il-pajjiż qed jaffaċċja l-aktar sfida pubblika sa mir-rivoluzzjoni Iżlamika fl-1979, Rouhani qal li l-Iran se jikkastiga lil min kien responsabbli għal dak li sejjaħ bħala l-isparar aċċidentali ta’ missila fid-direzzjoni tal-ajruplan tal-passiġġieri. Kelliem għall-investigaturi Iranjani qal li għadd ta’ persuni ġew arrestati. Hu għamilha ċara li xi ħaġa bħal din mhux se terġa’ tiġri.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Barranin

L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b’wiċċ…

Aktar