COVID-19
Tliet persuni għall-Qorti dwar party bi ksur tar-regoli tal-Covid-19

Il-Pulizija se tieħu passi fil-konfront ta’ tliet persuni b’rabta ma’ party li fih inkisru r-regoli marbuta mal-Covid-19.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li l-party, li fih inħaraq logħob tan-nar, seħħ f’Bumarrad.

Fil-filmat jidher grupp ta’ żgħażagħ jiżfnu f’villa għad-daqq tal-mużika minn DJ barrani.

Fih tidher ukoll tfajla żżomm flixkun f’idejha fejn jidher li l-party kien organizzat f’għeluq sninha.

Kien wara li investigat il-filmat li l-Pulizija stabbiliet fejn sar u min kien responsabbli minnu.