Kronaka
Tliet persuni l-isptar wara ġlieda bejn 50 persuna

Tliet persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’argument f’Paceville.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1am, meta l-Pulizija kienu infurmati li nqala’ argument fi stabbiliment li jinsab fi Triq Gort f’Paceville.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ TVM li fl-argument kien hemm involuti mal-50 persuna, bil-maġġoranza tagħhom kienu Sirjani.

It-tliet persuni li ttieħdu l-isptar huma Libjan ta’ 34 sena, Libjan ta’ 33 sena u Irlandiża ta’ 36 sena. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet peress li fuq il-post kien hemm madwar 50 ruħ, il-Pulizija bdiet iżomm in-nies kollha sabiex jiġi stabbilit min kien involt f’dan l-argument, fejn intuża ukoll taser. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.