Ikel
Tliet ristoranti Maltin ippremjati l-premju tal-Michelin

Il-Gwida Michelin, magħrufa għall-għajn ta’ eċċellenza li tfittex l-aħjar togħmiet fil-kċejjen tar-ristoranti mad-dinja, ippremjat għall-ewwel darba ristoranti Maltin. Imwaqqfa fil-bidu tas-seklu l-ieħor il-Gwida Michelin ippubblikat ukoll gwida dwar ir-ristoranti f’Malta u Għawdex.

L-esperjenza kulinarja f’Malta issa telgħet tarġa oħra b’ristoranti Maltin jiġu ppremjati b’ċertifikazzjoni internazzjonali ta’ eċċellenza – il-Malta Michelin Guide. Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet din hija opportunità għall-industrija tat-turiżmu li turi lill-kċina u l-ifjen prodotti Maltin. “Din hija l-ewwel darba li l-Gvern Malti investa f’dal-proġett il-Michelin Star Award li qed jgħolli l-livell tal-esperjenza kulinarja li turist jagħmel f’pajjiżna. B’kollox kellna tliet ristoranti li ntgħażlu b’mod indipendenti minn tim ta’ investigaturi li ġew jieklu u għamlu esperjenza f’diversi ristoranti f’Malta u Għawdex u ddentifikaw dawn it-tliet ristoranti li ngħataw it-titlu.

It-tliet ristoranti rebbieħa tal-premju Michelin huma De Mondion fl-Imdina u żewġ ristoranti fil-Belt – Noni u Under Grain. Il-Ministru Farrugia Portelli żaret it-tliet ristoranti li biex ingħataw il-premju Michelin iddistingwew ruħhom fil-kwalità, it-teknika, il-personalità tal-kok, kif ukoll il-valur tal-ikel u l-konsistenza. L-ewwel gwida ta’ Michelin għal Malta ġiet ippubblikat iktar kmieni din is-sena u fiha ħarsa lejn ir-ristoranti u l-firxa sħiħa ta’ stili u l-ħiliet kulinari li jinsabu fil-gżejjer Maltin.

Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia qal li t-tliet ristoranti li ngħataw il-premju Michelin jirrapreżentaw l-avvanżi miksuba mix-xena gastronomika lokali f’dawn l-aħħar snin. Qal li wara r-rilaxx tar-restrizzjonijiet tal-COVID, ir-reazzjoni hija waħda pożittiva u jidher ċar li n-nies huma ħerqana jirritornaw fuq il-mejda tal-ikel flimkien mal-familja u l-ħbieb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar