Kultura
Tliet teatri jieħdu spinta b’xogħlijiet strutturali mħallsa mill-Gvern

It-Teatru Sależjan f’Tas-Sliema, it-Teatru Pandora fiż-Żejtun u t-teatru Blue Arena f’Ħaż Żabbar huma t-tliet spazji teatrali li bbenefikaw minn fondi għal xogħol strutturali fl-iskema tal-gvern għall-Finanzjament ta’ Spazji Teatrali.

F’kummenti lil TVM, id-dirigenti ta’ dawn it-teatri qalu li permezz ta’ dawn il-fondi jistgħu jwettqu proġetti li jgħinnu biex il-pubbliku jkun iżjed qrib ix-xena kulturali u artistika.

Il-tliet spazji teatrali bbenefikaw minn miljun ewro bejniethom biex jagħmlu xogħlijiet struttruali maġġuri, wara li saret evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet imressqa taħt it-tieni fergħa tal-iskema ta’ finanzjament ta’ spazji teatrali. L-iskema saret biex ikun hemm legat għall-istudju Spazji Teatrali – A Catalogue of Theatres in Malta li identifika u ġabar informazzjoni dwar l-ispazji teatrali differenti madwar Malta u Għawdex.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici qal li din l-iskema hija wegħda elettorali oħra mwettqa, waqt li tkellem fuq l-importanza ta’ din l-inizjattiva, li qal tpoġġi fuq quddiem it-teatru fil-komunitajiet lokali.

Ir-rappreżentanti ta’ dawn it-teatri tkellmu ma’ TVM dwar il-mod li bih dawn il-fondi se jgħinuhom. Segwi fil-filmat:

 

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar