Kronaka
Aġġornat: Tliet żgħażagħ l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Għajnsielem

Żagħżugħ ta’ 17-il sena mix-Xagħra Għawdex, indarab gravi  wara li l-lejl li għadda kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għajnsielem Għawdex.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30pm fi Triq ix-Xatt.

Iż-żagħżugħ kien passiġġier f’karozza li kien qed isuq żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena mix-Xagħra li ma weħħax u fiha kien hemm ukoll passiġġier ieħor, żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Kerċem li ġarrab ġrieħi ħfief.

Il-pulizija ċċarat li minn aktar stħarriġ preliminari li għamlet irriżulta li l-vettura li kienu fiha ż-żgħażagħ waqfet ma’ ħajt mal-impatt u mhux waqgħet għal isfel.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ta’ tim mediku. Ambulanza ħadet lit-tliet żgħażagħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar