Lokali
Tlieta arrestati fuq sejba ta’ 5 blokok raża tal-kannabis

Fiż-Żejtun, il-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, bl-assistenza tal-RIU, sabu 5 blokok allegatament tar-raża tal-kannabis.

Żewġt irġiel, wieħed ta’ 39 sena residenti Raħal Ġdid u ieħor ta’ 56 sena minn Marsaskala, instabu fil-pussess ta’ 600 gramma kannabis u ġew arrestati fuq il-post.

Wara l-investigazzjonijiet li saru ġiet arrestata wkoll mara ta’ 39 sena minn Marsaskala.

Dwar il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem….

Politika Lokali

Fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ltaqa’ t-Tnejn filgħaxija, b’post fuq facebook, Pierre Portelli ħabbar li kien qiegħed jirriżenja minn Chairman Eżekuttiv tal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Hu qal li…

Sport

Il-klabb akwatiku ta’ Birżebbuġa beda inizjattiva bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet edukattivi biex iħajjar aktar studenti jibdew jipprattikaw l-għawm jew il-waterpolo. Studenti mill-iskejjel fin-naħa t’isfel ta’ Malta qed jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, waqt…

Aktar