Tlieta mejta wara li ġġarraf ajruplan żgħir f’Tokjo

Tliet persuni mietu wara li ajruplan żgħir iġġarraf f’żona residenzjali fil-Ġappun.

Tokyo planeMal-impatt diversi djar u karozzi ħadu n-nar.

L-ajruplan iġġarraf ftit wara li telaq mill-ajruport Chofu f’Tokyo.

Żewġ persuni abbord l-ajruplan u mara tilfu ħajjithom u tal-inqas ħames persuni oħra ndarbu f’dan l-inċident.

Hu mifhum li l-vittmi mietu kawża ta’ problemi tal-qalb u l-pulmun.

Il-pulizija qalet li għadha mhux magħrufa l-kawża tal-inċident.