Saħħa
“Tlift għajni imma għadni ħaj” – Jack iqis ruħu xxurtjat

Ftit tax-xhur ilu Jack Buttigieg ta permess lill-professuri biex ineħħulu għajnu. Minkejja dan, xorta jqis ruħu xxurtjat.

Jack qal lil TVM kif iktar kmieni din is-sena nnota xi ħaġa fuq ix-xifer ta’ għajn minnhom. Ma bdietx taffetwalu l-viżta u lanqas kien muġugħ. Jirrakkonta kif mar għand it-tabib li tah l-ingwent u t-taqtir, iżda din baqgħet m’għaddietlux.

“Wara ftit kont qed inħares fil-mera, u xi ħaġa qaltli biex nerfa’ l-kappell t’għajnejja,” rrakkonta Jack. Kien hawn li ra ħafna tikek bojod.

Reġa’ mar għand it-tobba, li qalulu li kellu ċesta u naddfuhielu. Il-materjal abjad iżda baqa’ dejjem ħiereġ. Jack baqa’ jfittex l-għajnuna medika, sakemm fl-aħħar ħa l-aħbar li għandu kanċer.

Jack jirringrazzja lill-ispeċjalisti Franco Mercieca u Maria De Bono Agius, fejn jgħid li kienet din tal-aħħar li sabitlu l-kanċer, u ppreparatu għal dak li kien se jgħaddi minnu fl-Ingilterra, fejn kellu jitla’ għall-kura.

Fl-Ingilterra Jack ingħata għażla; iżomm għajnejh it-tnejn u jmut f’inqas minn sentejn, jew jitlef għajnu u jkollu ċans jgħix. Jack għażel it-tieni waħda, u llum qed jgħix b’għajn waħda.

Jack jisħaq li kulħadd għandu jagħmel it-testijiet mediċi meta jara jew iħoss xi ħaġa li mhux f’lokha, u mhux joqgħod jibża’ jew jitraskura.

Jinsisti li hu qatt ma ħass uġigħ, u kien baqa’ jara tajjeb sal-mument li neħħewlu għajnu. Kieku ma tax kas, kien jinduna li għandu kanċer meta jkun tard wisq.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Żona li fiha daqs seba’ grawnds tal-futbol, li minn wied naturali nbidlet f’miżbla, qed tingħata wiċċ ġdid biex minflok tibqa’ ġerħa fin-naħa t’isfel ta’ Malta, issir attrazzjoni. Sa wieħed u…

Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar