Lokali
TM se toffri l-pjanċi bla ħlas għal dawk li tilfuhom fil-maltemp

Transport Malta qalet li se tiġbor il-pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li jinstabu mitlufa fit-toroq kawża tal-maltemp.

Fi stqarrija, qalet li aktar tard se tagħmel kuntatt mas-sidien rispettivi biex jiġbru l-pjanċi l-ġodda mill-uffiċini tagħha. Qalet li f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorità se toffri l-pjanċi bla ħlas.

Appellat lill-pubbliku biex isuq bil-galbu u b’attenzjoni speċjalment waqt il-maltemp.