Barranin
Tmexxi bl-eżempju – Ministru taqdef sal-isptar biex twelled

Il-Ministru għan-Nisa u l-Viċi Ministru għat-Trasport ta’ New Zealand, Julie Anne Genter, qadfet ir-rota sal-isptar biex twelled.

Genter, li tifforma parti mill-Green Party u temmen fl-użu tar-roti minflok il-karozzi, qalet li hi u s-sieħeb tagħha ddeċidew li jmorru sa Auckland City Hospital bir-rota għax ma kienx hemm post għalihom fil-karozza.

F’ritratt li tellgħet fuq il-midja soċjali, Genter serrħet moħħ is-segwaċi tagħha li l-maġġoranza tat-triq sal-isptar kienet għan-niżla, filwaqt li tenniet li probabbilment kien missha saqet ir-rota iżjed biex tinstiga l-ħlas.

Kienu ħafna dawk li faħħru d-deċiżjoni ta’ Genter li f’mument daqshekk importanti għażlet li twettaq dak li temmen fih u tuża rota elettrika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kumpanija Sony ħabbret li se terġa’ tagħti l-ħajja l-PlayStation 1. Dil-console kienet ġabet rivoluzzjoni sħiħa fis-snin 90. Fuq Twitter il-kumpanija ħabbret li fl-ewwel jiem ta’ Diċembru se tniedi l-PlayStation Classic…

Saħħa

Ħafna jemmnu li mara tqila għandha tiekol għal tnejn u għandha tiekol dak li jkollha aptit għax inkella t-tarbija titwieled bix-xewqa. Madankollu, it-twemmin li mara tqila trid tiekol għal tnejn…

Barranin

Kirurgu minn Kalifornja u s-sieħba tiegħu ġew akkużati li ħebbew sesswalment għal żewg nisa u stuprawhom wara li poġġewhom taħt l-effett tad-drogi. Grant William Robicheaus ta’ 38 sena u s-sieħba…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Josep Borrell qal li l-President Amerikan Donald Trump issuġġerixxa li jibni ħajt fid-deżert Sahara biex iwaqqaf l-immigranti, bħalma kien qal li se jibni fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti…

Aktar