Lokali
Tmexxija ġdida għall-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

James Pearsall inħatar Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD. Hu se jieħu post John Beniċini li mexxa l-kunsill fl-aħħar seba’ snin.

Is-Sur Pearsall, li kien serva bhala membri fl-MCESD bħala President tal-General Workers Union, qal li l-pass ‘il quddiem huwa li l-MCESD jinvolvi ruħu iżjed fir-riċerka għad-diskussjonijiet tiegħu bejn l-imsieħba soċjali.

“L-MCESD ta l-kontribut siewi u l-parteċipazzjoni tiegħu għal pjan ekonimiku ta’ riġenerazzjoni. Jidher artċipazzjoni b’saħħitha minn kulħadd u l gvern irreagixxxa pożittivament. Jien ma nemminx fin negattività. Irrid inneħħi d-doom to gloom għax irridu nimxu ‘l quddiem.”

Il-Minisitru responsabbli fost oħrajn mid-djalogu soċjali Carmelo Abela qal li s-Sur Pearsall ġie nominat mill-Gvern wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali membri fi ħdan il-Kunsill. Awgura li b’din il-ħatra l-MCESD, l-imsieħba soċjali jkomplu jsibu bażi komuni biex ikomplu jaħdmu flimkien.

“Il-liġijiet tax-xogħol, diskussi f’dettall fl-employment relations baord imma jrid ikollna direzzjoni min-naħa tal-MCESD fejn irridu mmorru. L-ekonokmija ta pajjiżna, fejn irridu neħduha, x’inhuma l-attivitajiet ekonomiċi li pajjiżna għandu jaħdem fuqhom u fuq dak kollu li jaffetwa il-ħajja tagħna.”

Il-Ministru Abela saħaq fuq il-bżonn li l-MCESD ikompli jiġġeded fil-mod kif jaħdem u kif issir id-diskussjoni fi ħdanu. Huwa radd ħajr lis-Sur Bencini għal servizz li ta fil-Kunsill meta fost oħrajn saru bidliet anke fil-paga minima nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar