Ikel
Tmiem Settembru magħna u jibda l-istaġun tal-għasir taż-żebbuġ

Intemm l-għasir tal-għeneb għall-inbid u issa, mal-bidu tal-ħarifa, jinsab fl-aqwa tiegħu l-istaġun tal-għasir taż-żebbuġ.

Għal Jesmond Psaila, tmiem Settembru jfisser il-bidu ta’ staġun li jipproduċi dak li ħafna jfittxu fuq il-mejda tal-ikel – iż-żejt taż-żebbuġa.

F’razzett fiż-Żejtun, imdawwar b’ħafna siġar taż-żebbuġ, Jesmond qal li din is-sena ż-żebbuġ kien nieqes.

Jesmond Psaila qal ”dis-sena batuta. M’għamilx ħafna, żebbug mill-inqas.”

Mistoqsi għar-raġuni, Jesmond ipponta subgħajh lejn ir-riħ.

”Hawn min jgħid sena jagħmel u sena le. Imma 99 fil-mija kien hemm il-fjuri u r-riħ farfru” qal Jesmond Psaila.

Minkejja l-istaġun batut, il-magna li tagħsar iż-żebbuġ ma waqfitx taħdem. Jesmond spjega kif iż-żebbuġa tiġi użata għaż-żejt jew għal għal manifattura ta’ affarijiet oħra bħal paste u sapun.

”Nitfgħuh ġo dil-magna, jinżel; hu u nieżel tneħħilu l-werqa, jinħasel, jitla’ minn dik il-parti t’hemm, jikkraxxja ruħu u jiġi gol-banju. Għandu 20 minuta jdur u jintefa’ ġo ‘decanter’ u permezz ta’ ‘dowering bar’ jinfired iż-żejt u l-essenza titlaq ġo skip għaliha u ż-żejt joħroġ apparti għalih.”

Il-pubbliku se jkun jista’ japprezza aktar il-proċess tal-għasir taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żejt waqt l-attività żejt iż-żejtun li se tkun organizzata fi tmiem il-ġimgħa f’Citta’ Beland. Organizzata mill-Kunsill Lokali, l-attività tinkludi rappreżentazzjoni tal-wasla tal-Granmastru u t-tberik taż-żebbuġ u bosa aspetti folkloristiċi, żfin, għana u artiġjanat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-dislessja – kundizzjoni li tfixkel lill-persuna biex titgħallem taqra minhabba li ma tagħrafx uħud mill-ittri u simboli, hi meqjusa bħala ostaklu fil-proċess edukattiv, għalkemm illum hemm mezz ta’ għajnuna biex…

Annimali

Liġi ġdida qed toffri aktar setgħa fil-ħarsien tal-annimali, partikolarment il-klieb li kienu jinżammu marbutin il-ħin kollu b’katina, billi dan il-kunċett issa hu projbit. Madanakollu, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali saħaq li l-klieb…

Statistika

Illum huwa l-Jum Ewropew tal-Istatistika, li qed jiġi ċċelebrat għat-tielet darba. Dan il-jum joħroġ aktar fid-deher il-valur tal-istatistika uffiċjali, li f’Malta tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Tliet snin bogħod mill-akbar eżerċizzju…

Infrastruttura

Simpożju organizzat minn Wirt Iż-Żejtun iffoka fuq l-iżvilupp matul iż-żminijiet tar-raħal Malti, fost l-oħrajn bis-sehem ta’ professur Ingliż, li rriċerka dwar l-irħula Maltin. Fis-simpozju, il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici ħabbar li…

Aktar