NGOs
Tmien għaqdiet ippremjati għal xogħol siewi ma’ persuni vulnerabbli

Fil-Palazz Presidenzjali ta’ San Anton ġew premjati l-għaqdiet li matul is-sena l-oħra ħarġu b’ideat u proġetti kreattiv ma’ persuni vulnerabbli. Il-Premju tal-President ghall-Kreattività, li jsir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, din is-sena ppremja proġetti kreattivi fl-oqsma, fost oħrajn, tad-drama, l-arti u ż-żfin li ppromovew l-inklussività soċjali.

Tmien organizzazzjonijiet, li ħafna minnhom jaħdmu fil-qasam soċjali, qasmu bejniethom €55,000 għall-inizjattiva li ħadu fl-arti kreattiva biex jifirxu l-informazzjoni dwar diversi kundizzjonijiet, u għax-xogħol siewi li jagħmlu biex itaffu t-tbatija filwaqt li jsaħħu l-inklużjoni soċjali.

Il-benefiċċjarji huma Outlook Cop, li permezz ta’ Spero ħadmu fuq il-proġett ‘Ir-Raġel li Jara b’Widnejh’ li bih permezz tad-drama għen lil persuni neqsin mid-dawl. Il-Fondazzjoni Wens bi proġett tal-arti magħmula mir-residenti li jgħinhom jgħixu l-memorji, il-Fondazzjoni St Jeanne Antide li preżentat proġett taċ-ċombini li qed jolqot nisa bi problemi kumplessi, Step Up for Parkinsons li toffri klassijiet mingħajr ħlas lill-persuni li jbatu minn din il-kundizzjoni, Karl Vella Foundation bil-proġett Shaping Dreams Together immirat għal tfal li għandhom mard serju fil-familja, Theatre Anon Arts Foundation bi proġett għal persuni li jbatu mid-dimensja, Żfin Malta bil-proġett Get Loose immirat biex iwaqqa’ l-preġudizzji, u Pauline Zammit għall-Young People’s Unit bil-proġett Shout Out for Mental Health li jagħti għajnuna lil żgħażagħ bi sfidi psikoloġiċi.

Waqt il-preżentazzjoni tal-premjijiet, il-President George Vella faħħar l-impenn ta’ dawn l-għaqdiet li jaħdmu favur l-inklużjoni soċjali ma’ persuni żvantaġġati.

Il-Minsitru tal-Arti Jose Herrera ħeġġeġ għal prattiċi etiċi u professjonali, filwaqt li qal li l-Gvern ser ikompli jinvesti fl-inklussività. Il-Kelliema tal-Oppożizzjoni, Therese Comodini Cachia, qalet li l-arti hija għodda ta’ fejda fil-qasam soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Knisja f’Malta llum tiċċelebra l-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani. Il-ġurnata tal-festa kienet intgħażlet mill-Papa Ġwanni Pawlu II meta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin f’ċerimonja fuq il-Fosos tal-Floriana f’Mejju tas-sena 2001. Il-ġurnata…

Kronaka

Raġel ittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq it-Telgħa ta’ Selmun. L-inċident seħħ bejn bejn vettura tal-għamla Toyota Aygo, li…

Stejjer Umani

Filmat ta’ tifel ċkejken ta’ 9 snin inxtered f’ħakka ta’ għajn mad-dinja kollha meta esprima d-dwejjaq li ħakmuh minħabba l-bullying. Fil-filmat miġbud minn ommu, Quaden Bayles jinstema’ jgħid li jrid…

Aktar