Filmat: 8 jindarbu f’inċident f’Birkirkara – wieħed mis-sewwieqa jitlaq minn fuq il-post

Tmien persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura tard ilbieraħ filgħaxija wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45 fi Triq Dun Gejtanu Mannarinu bejn minibus tat-tip Ford Transit u karozza Volkswagen Polo. Kawża tal-inċident il-minibus ħabat ma’ ħajt ta’ showroom li hemm fl-istess triq.

Fuq il-post issejħu numru ta’ ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-minibus u s-seba’ passiġġieri li kienu miegħu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Ix-xufier ta’ 56 sena minn San Ġwann sofra ġrieħi ħfief. Erbgħa mill-passiġġieri ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi serji filwaqt li t-tlieta l-oħra ġarrbu ġrieħi ħfief. Ħadd ma jinsab fil-periklu tal-mewt.

Intant il-Pulizija qalet li s-sewwieq li kien qed isuq il-karozza Volkswagen Polo telaq minn fuq il-post tal-inċident u għalhekk għadu ma ġiex identifikat.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-għassa Dr J Mifsud li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Aħbarijiet Oħra
MEUSAC

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea….

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Aktar