Barranin
Tmienja feruti b’pakkett bomba f’belt Franċiża

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza.

Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post hemm esperti tal-isplussiv biex jeżaminaw l-inċident.

Il-President Emmanuel Macron iddeskriva l-isplużjoni bħala “attakk”.

Qed ikun irrapportat li l-pakkett suspettat tħalla viċin forn minn ċiklist wiċċu mgħammad.

Iv-vittmi, li jinkludu tifla ta’ 8 snin, b’xorti tajba sofrew biss ġrieħi ħfief.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ta’ kull filgħodu Vinod Kapri, Indjan li jaħdem fix-xena tal-films minn New Delhi jiċċekkja Twitter. Biss ftit kien jaf li dik it-tfittxija fuq Twitter mhix tas-soltu u se tibdillu ħajtu….

Barranin

F’Toronto l-Kanada, erba’ persuni indarbu fi sparar li seħħ waqt ċelebrazzjoni għar-rebħa tat-tim tal-Basketball Toronto Raptors. L-attakk seħħ matul il-jum, waqt li eluf ta’ nies entużjasti għal dan it-tim tal-basketball…

Barranin

L-ex president Eġizzjan Mohammed Morsi miet fil-Qorti waqt li kienet qed tinstema x-xhieda kontrih. Morsi ħassu ħażin u miet fl-awla. Morsi, li kellu 67 sena, kien qed jattendi smigħ tas-seduta…

Barranin

Dokument ippubblikat illum mill-Vatikan ħabbar l-intenzjoni li s-sinodu jiddiskuti l-possibiltà li rġiel miżżewġa f’partijiet mill-Amerka Latina jitħallew jidħlu għas-saċerdozju. Il-materja se tittella’ quddiem is-sinodu, li se jitlaqqa’ f’Ottubru li ġej,…

Aktar