Kronaka
AĠĠORNAT: Mara fil-periklu tal-mewt fost 9 mweġġgħa f’ħabta f’Għajnsielem

Mara tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ dan il-lejl fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem Għawdex.

Fl-inċident kienu involuti żewġ vetturi, Daihatsu Terios misjuqa minn mara ta’ 36 sena min-Nadur, li fil-karozza magħha kellha 4 passiġġieri: mara Kanadiża u tliet subien li għandhom 9, 11 u 14-il sena. It-tifel iż-żgħir u l-kbir sofrew ġrieħi gravi, waqt li l-fustani u l-adulti weġġgħu ħafif.

Għal xi raġuni, it-Terios ħabtet f’Jago Geep li fiha kien hemm erba’ persuni: ix-xufier li huwa Norveġiż ta’ 43 sena li jgħix Kerċem, raġel Amerikan ta’ 47 sena li jgħix ir-Rabat, raġel Ġermaniż ta’ 51 sena li jgħix ix-Xagħra, u mara mil-Latvja ta’ 41 sena li tgħix is-Swieqi. Dawn il-persuni kollha ġarrbu ġrieħi gravi, għajr il-mara li tinsab f’qagħda serja.

Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei bil-ħelikoper wara li ngħatat l-ewwel kura fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex.

Kaġun tal-inċident kellha tingħalaq it-triq ewlenija li tagħti għall-Port tal-Imġarr Għawdex, u infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Bridget Sultana.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar