Tmienja jitilfu ħajjithom f’inċidenti tat-traffiku fi tliet xhur

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena kien hemm tmien inċidenti tat-traffiku fatali li fihom tilfu ħajjithom tmien irġiel u mara waħda. Tlieta kienu sewwieqa, wieħed kien passiġġier, u erbgħa kienu mexjin fit-triq.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li bejn Lulju u Settembru kien hemm total ta’ 3,809 inċident, li jammonta għal tnaqqis ta’ 7% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Madankollu kien hemm żieda ta’ 11% fil-persuni feruti waqt dawn l-inċidenti, bl-ammont ta’ persuni feruti jitla’ għal 513.

L-ikbar ammont ta’ inċidenti kienu rreġistrati fil-Majjistral ta’ Malta, fiż-żona ta’ madwar il-portijiet, b’36% tal-inċidenti kollha li seħħew f’dawn l-inħawi. L-ikbar ammont ta’ vetturi involuti f’inċidenti kienu karozzi tal-passiġġiera, segwiti bil-muturi. Is-Sibt hija wkoll l-iktar ġurnata li fiha jseħħu inċidenti.